Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Dħul fiż-żona tal-euro

Id-dħul fiż-żona tal-euro jimmarka pass importanti fil-vjaġġ ta’ Stat Membru tal-UE lejn integrazzjoni Ewropea aktar profonda. Dan ifisser l-adozzjoni ta’ munita komuni, l-impenn għall-istabbiltà ekonomika u r-responsabbiltà fiskali, u azzjoni f’konformità mar-regoli tal-UE.

It-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Il-pajjiżi kif jissieħbu fiż-żona tal-euro?

Biex jiġi żgurat li l-euro jibqa’ stabbli, il-pajjiżi l-ewwel iridu jissodisfaw ċerti kriterji ta’ konverġenza qabel ma jidħlu fiż-żona tal-euro. Dawn huma kundizzjonijiet ekonomiċi u legali li juru li pajjiż huwa lest li jintegra bla xkiel u jappoġġa s-suċċess fit-tul tal-UE.

Spjegazzjoni: X’għandu jagħmel pajjiż biex jissieħeb fiż-żona tal-euro?

Kif l-euro jagħmel il-ħajja aktar faċli

L-euro jneħħi l-ħtieġa għall-kambju tal-munita, jagħmel il-prezzijiet aktar trasparenti u jissimplifika l-ivvjaġġar u l-kummerċ fiż-żona tal-euro kollha. Dan joffri għażliet ta’ pagament siguri u moderni u għen biex l-inflazzjoni tinżamm relattivament stabbli mill-introduzzjoni tagħha ’l hawn – filwaqt li appoġġa stabbiltà ekonomika dejjiema għan-nies u għan-negozji.

Kif tibbenefika mill-euro?

Iż-żona tal-euro llum

Jekk jogħġbok agħżel pajjiż.

L-Awstrija

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Belġju

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Bulgarija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2007

Ċipru

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2008

Ir-Repubblika Ċeka

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Il-Ġermanja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Id-Danimarka

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1973

L-Estonja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2011

Spanja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1986

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Finlandja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Franza

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Greċja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1981

Daħħlet l-euro fl-2001 (flus kontanti mill-2002)

Il-Kroazja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2013

Daħħlet l-euro fl-2023

L-Ungerija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

L-Irlanda

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1973

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

L-Italja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħlet l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Litwanja:

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2015

Il-Lussemburgu

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Latvja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2014

Monaco

Pajjiż mhux fl-UE

Malta

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2008

In-Netherlands

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħlu l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Il-Polonja

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Il-Portugall

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1986

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Ir-Rumanija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2007

L-Iżvezja

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Is-Slovenja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2007

Is-Slovakkja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħlet l-euro fl-2009

San Marino

Pajjiż mhux fl-UE

Min aħna u x'nagħmlu għall-Ewropej?

ARA WKOLL

Sir af aktar dwar kontenut relatat

Il-paġni kollha f’din it-taqsima